Blog

Pozizzjoni ahharija fuq dibattitu tal-abort

L-għaqda li tirraprezenta iż-żagħżagħ tal-Alternattiva Demokratika, ADŻ, tixtieq tikkjarifika x’qiegħed jiġri bħalissa fuq il-pozizzjoni tal-Alternattiva Demokratika (AD) dwar l-abort. Qiegħed jingħad ħafna għidud, u donnu hawn ħafna nies mifxulin fuq is-suġġet li jikkonċerna l-abort u drittijiet riproduttivi. Bħala ADŻ nixtiequ nesprimu li l-AD qatt ma kienet favur l-abort.

 

Huwa tajjeb li niftakru li f’kull laqgħa annwali generali tal-Partit Aħdar Ewropej (European Green Party) li l-AD kellha; l-AD dejjem ħadet pożizzjoni KONTRA l-abort.

 

Minkejja dan, ir-realta f’Malta turi li l-abort qed isir fuq skala kbira barra min xtutna mil-Maltin stess u għalhekk jeħtieg dibattitu miftuħ fuq dan. Jekk ninjoraw dan il-fatt inkunu qegħdin nonqsu lilna nfusna. Billi nittrattaw dan is-suggett bħala “taboo”, ma nkunux qegħdin ngħinu lil min għandu bżonn l-għajnuna. Dan is-suġġett jeħtieg dibattitu miftuħ kif inhu għaddej fuq is-saħħa mentali, fuq l-immigrazzjoni u fuq il-protezzjoni tal-ambjent. Meta ser inkunu maturi biżżejjed biex inkunu nistgħu npoġġu u niddiskutu l-veduti u opinjonijiet differenti ta’ ħaddiehor mingħajr ma nagħmlu ħafna storbju u ngħajjru lil-xulxin? Jeħtieg li verament nkissru dan it- “taboo” u nesploraw ir-raġunijiet li qegħdin iwasslu għal mijiet ta’ Maltin isiefru kull sena biex jagħmlu l-intervent : u wara nindirizzawhom.

Il-Car Wash ta’ mal-pompa

Tajjeb li l-Kunsill ta’ Wied il-Għajn ivvota b’maġġoranza ta’ 6 kontra 3 għall-estenzjoni tal-pompa proposta, biex jiżdiedu car wash, ATM u addizzjonijiet oħra li skond is-sindku jofru iktar “servizzi għar-residenti”. Minkejja dan, mhux ahjar li kieku l-istess Kunsill, ħareġ kontra l-pompa kollha kemm hi? Iktar spazji miftugħha qedgħin maż-żmien jittieklu ġewwa l-irħula tagħna b’detriment għar-residenti u dawk li ġejjin warajna. Ir-rwol tal-Kunsilli Lokali f’dan il-qasam għandu jkun li jopponu dan l-izvilupp bla rażan u bla bżonn. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Gvern Ċentrali jimplimenta moratorium fuq il-pompi tal-petrol.


It’s positive that Marsaskala’s Council has voted against the extension of the proposed petrol station, to add a car wash, an ATM and other additions which according to the mayor, offer more services for residents, by a majority of 6 to 3. Despite this, wouldn’t it have been better if the same Council opposed the whole proposal? More open space is being taken up inside our villages, with repercussions for residents and future generations. The role of Local Councils in this regard, should be to oppose this senseless development. Moreover, it’s necessary that the Central Government implements a moratorium on petrol stations.

 

Daniel Desira – Segretarju Ġenerali tal-ADŻ

Is-Saħħa Mentali

Il-Ministru Michael Farrugia, fi tweġibha lil MP tal-PN Mario Galea, qal li s-sena li għaddiet kien hemm 25 persuna li temmew ħajjithom, waqt li mill-2010 l’hawn seħħew 223 suwiċidju, fejn 194 kienu irġiel u 29 kienu nisa. Dawn huma statistiċi ta’ qsim il-qalb li juru biċ-ċar li hemm bzonn t’azzjoni fil-qasam tas-saħħa mentali.

 

Minn dawn in-numri joħroġ biċ-ċar li soċjeta` patrarkali fejn l-irġiel ma jistgħux jitkellmu fuq l-emozzjonijiet tagħhom, ma tantx hi ta’ ġid. Kawza oħra hi l-piżijiet finanzjarji ġejjin minn pagi baxxi, xogħol prekarju u l-għoli tal-ħajja, li lkoll jikkawzaw ħafna stress. Waqt li huwa fatt li l-ambjent naturali jgħin biex jikkura l-ansjeta` u d-dipressjoni, il-kampanja qeda tittiekel.

 

Hemm ukoll nuqqas ta’ investiment fis-saħħa mentali minn naħa tal-Gvern. Is-settur pubbliku għandu jassigura li l-ispeċjalisti tas-saħħa mentali jiġu imħallsa pagi xierqa u jigu provduti taħriġ regolari.

 

Daniel Desira

Segretarju Ġenerali tal-ADŻ

Delia’s Xenophobia

Dr Delia’s comments about foreigners have no place in Maltese society. This kind of rhetoric does not abide by neither Maltese nor Christian values Delia claims to believe in.

First of all, migrants are humans with their own feelings and aspirations. They are also an integral part of our society – being present in our workspace, in our circles of friends, and for some of us they are our lovers or family members. Moreover, diversity is what enriches our society.
Lets not forget the hardships that have driven people from the Middle East, Africa and Central and Southern Europe to our country. We should also keep in mind, the economic difficulties which they still face due to soaring rental prices and that some of these migrants are still working in conditions of modern slavery.
Perhaps, Adrian Delia should try not to take lessons from Viktor Orbán, the Hungarian prime minister, or Joseph Muscat on earlier days.

Daniel Desira – ADŻ Secretary General

L-Ewwel ta’ Mejju

F’din il-ġurnata tajjeb li niftakru fil-kisbiet li għamlu l-ħaddiema fil-passat imma tajjeb ukoll li niftakru fl-isfidi li l-ħaddiema tal-llum il-ġurnata jaffaċjaw ta’ kuljum.

Iż-żieda fil-paga minima li ħabbar il-gvern fl-aħħar budget, hi l-bogħod minn bizzejjed, filwaqt li ż-żidiet tal-COLA ma jirriflettux verament l-għoli tal-ħajja. Ħafna koppji ikollhom jieħdu loan biex jixtru l-ewwel propjeta` tagħhom u t-tali loan joħdilhom xi 20 sena biex iħalsuħ kollu. Minħabba f’hekk, ħafna huma dawk li qed jirrikorru biex jikru. Il-kirjiet ukoll qed jgħolew fil-prezz. Iktar ma jmur, id-dritt ta’ saqaf fuq rasek m’huwiex garantit. Rigward il-prekarjat, ma tantx saru tibdiliet.

Dan huwa “l-aqwa zmien ta’ pajjizna”? Ma naħsibx jien. Hemm bzonn ta’ diskussjoni serja fuq kif se naffaċċjaw dawn l-isfidi godda. Barra minn hekk, huwa importanti li niddiskutu ukoll il-futur tas-sistema edukattiva, l-isfidi li qeda taffaċja bħalissa u kif nistgħu ntejbuha għaliex din tiprepera l-ħaddiema ta’ għada.

Daniel Desira – Segretarju Ġenerali tal-ADŻ

5 New Year Resolutions for 2018

HappyYear 2018(1)Eliminate waste

Reduce waste including plastic – find alternative sources (Eg: Buying a reusable bottle; using meshbags for the vegetables etc). Other small actions can go a long way – turning off the lights when leaving a room and taking your left overs back home when eating out (most restaurants would be happy to help).

 

Learn to disconnect

Try to spend less time online. Do not reply to emails from work when at home unless you absolutely have to. You’ll be amazed how much more time you’ll be able to spend with your special someone, your family and friends.

 

Leave the car in the garage

Travel less by car and catch the bus, car-pool or even better get on that bicycle! Both the planet and your body will thank you for that.

 

Take more care of your online privacy

Make sure that your information on social media is restricted at the desirable privacy level. Also take a minute or two to check what hardware and information will be used by an app before installing it on your device.

 

Exercise more often

Exercising releases a dose of endorphins which while do not do away with all your problems, definitely help you to feel better throughout the day. Whether it’s a jog or bike ride in the park or lifting weights, it will boast both your physical and mental health.

Bonus – Give something back

Whether you offer your help to people whom you encounter on everyday life, or you engage in broad civic action in your community, you will make a difference in someone’s life. Lastly, our political activism is aimed at a social and ecological transformation of Malta, so why not join us?

Safe City – kemm tista` tkun sigura?

Ftit ilu erġajna smajna dwar kunċett ta’ CCTVs madwar Paceville integrat ma` facial recognition software minn Safe City. Bħal ma qal ir-rapporteur tal-UNHCR, nemmen li din hija mizura eċċessiva, fejn ir-riskji fuq il-privatezza tan-nies huma wisq meta imqabbla mas-sigurta` li dan jista` jgib. Barra minn hekk, jekk progett bħal dan jigi implimentat, il-processi kollha fuq l-informazzjoni għandhom ikunu kompletament trasparenti.

 

Daniel Desira – ADZ Public Relations Officer