Pozizzjoni ahharija fuq dibattitu tal-abort

L-għaqda li tirraprezenta iż-żagħżagħ tal-Alternattiva Demokratika, ADŻ, tixtieq tikkjarifika x’qiegħed jiġri bħalissa fuq il-pozizzjoni tal-Alternattiva Demokratika (AD) dwar l-abort. Qiegħed jingħad ħafna għidud, u donnu hawn ħafna nies mifxulin fuq is-suġġet li jikkonċerna l-abort u drittijiet riproduttivi. Bħala ADŻ nixtiequ nesprimu li l-AD qatt ma kienet favur l-abort.

 

Huwa tajjeb li niftakru li f’kull laqgħa annwali generali tal-Partit Aħdar Ewropej (European Green Party) li l-AD kellha; l-AD dejjem ħadet pożizzjoni KONTRA l-abort.

 

Minkejja dan, ir-realta f’Malta turi li l-abort qed isir fuq skala kbira barra min xtutna mil-Maltin stess u għalhekk jeħtieg dibattitu miftuħ fuq dan. Jekk ninjoraw dan il-fatt inkunu qegħdin nonqsu lilna nfusna. Billi nittrattaw dan is-suggett bħala “taboo”, ma nkunux qegħdin ngħinu lil min għandu bżonn l-għajnuna. Dan is-suġġett jeħtieg dibattitu miftuħ kif inhu għaddej fuq is-saħħa mentali, fuq l-immigrazzjoni u fuq il-protezzjoni tal-ambjent. Meta ser inkunu maturi biżżejjed biex inkunu nistgħu npoġġu u niddiskutu l-veduti u opinjonijiet differenti ta’ ħaddiehor mingħajr ma nagħmlu ħafna storbju u ngħajjru lil-xulxin? Jeħtieg li verament nkissru dan it- “taboo” u nesploraw ir-raġunijiet li qegħdin iwasslu għal mijiet ta’ Maltin isiefru kull sena biex jagħmlu l-intervent : u wara nindirizzawhom.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s