Is-Saħħa Mentali

Il-Ministru Michael Farrugia, fi tweġibha lil MP tal-PN Mario Galea, qal li s-sena li għaddiet kien hemm 25 persuna li temmew ħajjithom, waqt li mill-2010 l’hawn seħħew 223 suwiċidju, fejn 194 kienu irġiel u 29 kienu nisa. Dawn huma statistiċi ta’ qsim il-qalb li juru biċ-ċar li hemm bzonn t’azzjoni fil-qasam tas-saħħa mentali.

 

Minn dawn in-numri joħroġ biċ-ċar li soċjeta` patrarkali fejn l-irġiel ma jistgħux jitkellmu fuq l-emozzjonijiet tagħhom, ma tantx hi ta’ ġid. Kawza oħra hi l-piżijiet finanzjarji ġejjin minn pagi baxxi, xogħol prekarju u l-għoli tal-ħajja, li lkoll jikkawzaw ħafna stress. Waqt li huwa fatt li l-ambjent naturali jgħin biex jikkura l-ansjeta` u d-dipressjoni, il-kampanja qeda tittiekel.

 

Hemm ukoll nuqqas ta’ investiment fis-saħħa mentali minn naħa tal-Gvern. Is-settur pubbliku għandu jassigura li l-ispeċjalisti tas-saħħa mentali jiġu imħallsa pagi xierqa u jigu provduti taħriġ regolari.

 

Daniel Desira

Segretarju Ġenerali tal-ADŻ

Advertisements