L-Ewwel ta’ Mejju

F’din il-ġurnata tajjeb li niftakru fil-kisbiet li għamlu l-ħaddiema fil-passat imma tajjeb ukoll li niftakru fl-isfidi li l-ħaddiema tal-llum il-ġurnata jaffaċjaw ta’ kuljum.

Iż-żieda fil-paga minima li ħabbar il-gvern fl-aħħar budget, hi l-bogħod minn bizzejjed, filwaqt li ż-żidiet tal-COLA ma jirriflettux verament l-għoli tal-ħajja. Ħafna koppji ikollhom jieħdu loan biex jixtru l-ewwel propjeta` tagħhom u t-tali loan joħdilhom xi 20 sena biex iħalsuħ kollu. Minħabba f’hekk, ħafna huma dawk li qed jirrikorru biex jikru. Il-kirjiet ukoll qed jgħolew fil-prezz. Iktar ma jmur, id-dritt ta’ saqaf fuq rasek m’huwiex garantit. Rigward il-prekarjat, ma tantx saru tibdiliet.

Dan huwa “l-aqwa zmien ta’ pajjizna”? Ma naħsibx jien. Hemm bzonn ta’ diskussjoni serja fuq kif se naffaċċjaw dawn l-isfidi godda. Barra minn hekk, huwa importanti li niddiskutu ukoll il-futur tas-sistema edukattiva, l-isfidi li qeda taffaċja bħalissa u kif nistgħu ntejbuha għaliex din tiprepera l-ħaddiema ta’ għada.

Daniel Desira – Segretarju Ġenerali tal-ADŻ

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s