Il-Jum Internazzjonali għall-Interns

Il-Ġimgħa li għadda jimmarka l-Jum Internazzjonali għall-Interns. B’dispjaċir ngħid li dan il-jum ma tantx jagħtina x’niċċelebraw. 3 kwarti tal-interns jaħdmu mingħajr paga jew b’paga baxxa hafna. Din is-sitwazzjoni tgħodd ukoll għal pajjiżna.

 

Huwa tajjeb li l-apprentisti tal-MCAST se jibdew jaqilgħu paga minima, pero l-apprentistat m’huwiex limitat biss għall-MCAST. Jeħtieg ligijiet li japplikaw għal programmi tal-privat, kif ukoll li nibdew nitkellmu dwar dħul bażiku li jassigura livell t’għajxien tajjeb għal kulħadd speċjalment għaż-żgħażagħ.

 

Daniel Desira – ADZ Public Relations Officer

Advertisements