Oġġezzjoni għal kumpless kumerċjali – pass il-quddiem?

Huwa tajjeb li l-ERA oġġezzjonat għall-bini ta’ kumpless kumerċjali qrib il-family park ta’ Marsaskala. Dan sar minħabba li dan l-izvilupp hu pjanat li jsir fuq barriera f’art ODZ.

 

Ħafna rħula ta’ Malta, illum huma mibnijin wisq, waqt li kumplessi fuq il-periferija ma jgħinux wisq biex nippreservaw l-ambjent naturali u jonqos it-traffiku. Għalhekk ikun tajjeb li kieku l-awtorita` tirrifjuta permessi anka f’każijiet simili.

Daniel Desira – ADŻ Public Relations Officer

Advertisements