Jum ir-Repubblika

Illum id-data hija 13 ta’ Diċembru 2016 – 42 sena ilu, Malta ġiet iddikkjarata bħala Repubblika. Għal ħafna dan il-jum ifisser biss ġurnata bla xogħol jew bla skola, għax sempliċiment hija festa pubblika. Pero, għalkemm it-tifsira ta’ dan il-jum tant importanti forsi ntilef għal ħafna, huwa importanti li nibqgħu nfakkruh, u min nesa issa jiftakar u jirrikonoxxi.

Wara li Malta ħadet l-Indipendenza mir-Renju Unit fil-21 ta’ Settembru 1964, il-poplu Malti ħa ddritt li jiggverna għal rasu, iżda ħass li kien ħaqqu jinqata’ darba għal dejjem mill-Imperu, u Malta ssir Repubblika. Taħt il-Gvern Laburista ta’ Dom Mintoff, bħal-lum fl-1974, Malta ġiet iddikkjarata bħala Repubblika. Iżda din xi tfisser għal pajjiżna?

dsc02025

Sal-Indipendenza, Malta kienet kolonja. Wara l-Indipendenza, Malta saret stat indipendenti birReġina tal-Ingilterra bħala Kap tal-Istat ta’ Malta. Meta fl-1974, fil-Kamra tad-Deputati ġew ippreżentati numru ta’ emendi lill-Kostituzzjoni, fosthom li Malta ssir Repubblika, il-Membri Parlamentari b’maġġoranza kbira approvawhom, u fl-aħħar, Malta ħelset mill-Imperu Ingliż darba għal dejjem. Il-Kap tal-Istat dakinhar inbidel, u flok ir-Reġina tar-Renju Unit, ġie maħtur is-Sur Anthony Mamo bħala l-ewwel President tar-Repubblika ta’ Malta, filwaqt li Dom Mintoff kien lewwel Prim Ministru tar-Repubblika ta’ Malta.

Din il-festa għandha tifsira kbira għall-istorja politika Maltija, u tal-poplu Malti kollu. Il-poplu Malti wera u għandu responsabbiltà kbira li jkompli juri lid-dinja li vera kiber, u sar nazzjon.

Glen Spiteri – ADŻ Malta Green Youth Spokesperson

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s