Ahna ta’ din n-naha [Orizzont – Thu 12th Nov]

minn Christopher Cutajar – Asst. Segretarju GWU Youths

Ippubblikat f’L-Orizzont tal-lum il-Hamis, 12 ta’ Novembru

 

Fid-dinja kollox ghandu tendenza jinqasam fi tnejn. Jew thoss il-bard jew thoss is-shana. Jew tkun rebbieh jew tkun tellief. Jew tkun ghaqli inkella mharbat. Hekk ukoll fil-qasam trejdjunjonistiku u politiku. Hemm dawk li lesti jbiddlu u hemm dawk li jahilfu li l-ebda bidla m’ghandha ssir.  Hemm dawk li lesti jisfidaw lil min ghandu l-poter u hemm dawk li ghaliex huma laghqa jew bezghana jzommu rashom baxxa quddiem kull awtorita’, anke quddiem dawk li ma jixirqilhom l-ebda rispett.

 

Dan jghodd ukoll ghall-ghaqdiet taz-zghazagh. Hasra li ghandna bizibilju ta’ ghaqdiet taz-zghazagh li ma humiex lesti jcaqalqu l-ebda ilmijiet f’pajjizna. Hasra li ghandna kocc zghazagh mimlija energija u gherf li flok juzawhom biex jaraw kif itejbu l-kundizzjonijiet ta’ dawk ta’ madwarhom barra dawk taghhom, jiffukaw biss fuqhom infushom biex ipaxxu biss l-alla tal-‘jien’.

 

La ghidna li kollox nistghu nsibulu zewgt itruf, fl-ghaqdiet politici u trejdjunjonistici insibu lil dawk tax-Xellug u dawk tal-Lemin. Tax-Xellug ikunu dawk li l-progress iridu jiksbuh aktar malajr minn haddiehor. Tax-Xellug ikunu dawk li jqisu bhala priorita’ taghhom il-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema u l-kwalita’ tal-ghixien tal-familji, u qatt ma jgerrhu l-fatt li madwarhom ikun hawn min ikun mejjet ghall-qatra u min mejjet fis-sakra. B’hekk min hu Xellugi jara l-Gustizzja Socjali u l-Ugwaljanza bhala valuri u principji li hadd qatt ma jista’ jnehhilu minn rasu.

 

Tal-Lemin mill-banda l-ohra jemmnu li kulhadd ghandu jkollu c-cans jithalla jitlaq jaqdef ghal rasu, u mhux importanti ghalih jekk dak li telaq jigri ‘l quddiem halliex xi erbgha b’saqajhom miksura warajh. Jemmnu li l-Gvern m’ghandux joqghod ipoggi hafna regoli fuq min ihaddem, jew jaghmel il-kummerc jew in-negozju. Ma jemminx li min m’ghandux ghandu jaqsam ma’ min ghandu. Tal-Lemin ma jinteressahx jekk kullhadd ikunx jista’ jasal, ghalih l-aqwa li jiftah it-triq biex kulhadd jigri kemm jiflah fiha.

 

Ahna z-zghazagh tal-GWU kburin li nifformaw parti minn trejdjunjin Xellugija, li l-progress trid tarah mill-aktar fis u li ghalkemm hasbet biex tiggedded bil-qawwa, il-principji taghha gharfet tindukrahom. Ghalina tal-GWU Youths huwa importanti hafna li ahna l-ghaqdiet taz-zghazagh Xellugin u Progressivi inservu ta’ spalla ghal xulxin kull meta jinhass il-bzonn. M’hemmx bzonn strutturi formali u dojoq jew regolamenti kontra ohrajn. Li hemm bzonn huwa kuntatt kontinwu u effettiv, u kull meta xi hadd jazzarda jaghtas fuq wiehed minna inkunu hemm ghal xulxin biex naraw x’ghajnuna nistghu noffru lil xulxin.

 

Irridu nkunu bhal hamest iswaba’ f’ponn. Dik hi s-solidarjeta’ li ahna tal-GWU Youths barra li nippridkawha lesti li nghixuha u nhaddmuha. Hekk ghamilna l-gimgha l-ohra meta heggigna lil ghaqdiet Xellugin u Progressivi ohra biex ninghaqdu f’solidarjeta’ mall-Moviment Graffitti biex il-Kunsill Studenti Universitarji ma jkunx arroganti u viljakk u jhedded lill-Graffitti li se jihodlu l-kamra tal-Universita’. Il-Graffitti hija l-aktar ghaqda attiva fl-Universita’ u llum ma jmissniex niddiskutu jekk ghandhiex tittihdilhom il-kamra taghhom, imma minn flok imissna naraw jekk ghandux jinbnielhom palazz biex ikollhom fejn jimirhu aktar fil-hidma tajba li jaghmlu.

 

Ahna napprezzaw li l-Forum Zghazagh Laburisti, l-Alternattiva Demokratika Zghazagh, u Zminijietna Zghazagh tax-Xellug inghaqdu maghna biex nappoggjaw lil dan il-Moviment. Cert li ma’ kull sejha li se nkunu qed naghmlu, se jkunu aktar dawk l-ghaqdiet tan-naha taghna li jilqghu sejhiet bhal dawn. Lil dak li jmexxi l-KSU minn hawn nghidlu li min jaghti bis-sejf bis-sejf jaqla’. Hafna kienu dawk li nharqu bl-istess huggiega li qabdu huma stess.

 

Ahna z-zghazagh Progressivi u Xellugin ghandna nkunu dejjem lesti biex nghinu lil xulxin b’kull mod. Dan naghmluh billi nzommu l-identitajiet taghna dawk li huma biex kulhadd jibqa’ jiddistingwina, izda fl-istess waqt naghmluh ghaliex naghrfu li b’hekk nistghu nsahhu l-vucijiet taghna f’kull livell. Ghalhekk bhala pass iehor f’din il-mixja fil-gimgha li gejja ahna tal-GWU Youths se nkunu qed naghmlu sejha liz-zghazagh tan-naha taghna biex flimkien nfasslu sett ta’ proposti lill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jinholqu soluzzjonijiet halli ma jkollniex studenti f’pajjizna li jkunu minn ghalihom li lahqu l-quccata tal-muntanja u wara jindunaw li bil-kemm telghu nofsha.

 

www.xellugi.blogspot.com

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s